26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-196/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Politika tal-kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Nuqqas ta' osservanza ta' ċerti obbligi imposti mill-Kummissjoni - E.ON/Endesa)
(2008/C 107/13)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Gippini Fournier, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' konformità ma' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2006 (każ COMP/M.4197 — E.ON/Endesa — C(2006)4279 finali), u ma' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2006 (każ COMP/M.4197 — E.ON/Endesa — C(2006)7039 finali)
Dispożittiv
1)
Billi ma ħassarx:
—
il-kundizzjonijiet Nri 1 sa 6, 8 u 17 imposti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali ta' l-Enerġija, li ġew iddikjarati inkompatibbli mad-dritt Komunitarju mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2006 [każ Nru COMP/M.4197 — E.ON/Endesa — C(2006) 4279 finali], u
—
il-kundizzjonijiet Nri 1, 10, 11 u 15 emendati, imposti mid-deċiżjoni tal-Ministru ta' l-Industrija, tat-Turiżmu u tal-Kummerċ, li ġew iddikjarati inkompatibbli mad-dritt Komunitarju mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2006 [każ Nru COMP/M.4197 — E.ON/Endesa — C(2006) 7039 finali], fit-terminu mogħti,
ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 2 ta' kull waħda minn dawn id-deċiżjonijiet.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy