21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 — Donal Gordon vs Il-Kummissjoni tal-Komuitajiet Ewropej
(Kawża C-198/07 P) (1)
(Appell - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Uffiċjali b'invalidità permanenti totali)
(2009/C 44/16)
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
Appellant: Donal Gordon [rappreżentanti: J. Sambon, P.-P. Van Gehuchten u Ph. Reyniers, avukati]
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komuitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti]
Suġġett
Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tas-7 ta' Frar 2007, Gordon vs Il-Kummissjoni (T-175/04) — Appell intiż għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp ta' karriera tar-rikorrent għas-sena ta' evalwazzjoni 2001-2002 — Interess ġuridiku — Uffiċjal irtirat minħabba invalidità permanenti u totali matul il-proċedura
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-7 ta' Frar 2007, Gordon vs Il-Kummissjoni (T-175/04) hija annullata safejn il-Qorti tal-Prim'Istanza tiddikjara li mhemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors għall-annullament imressaq minn D. Gordon.
2)
L-appell huwa miċħud bħala inammissibbli safejn dan jikkontesta ċ-ċaħda tat-talba għall-kumpens ta' danni fl-imsemmija sentenza tal-Qorti
3)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta' Diċembru 2003, li tiċħad l-ilment ta' D. Gordan kontra d-deċiżjoni tat-28 ta' April 2003 li tikkonferma r-rapport tal-iżvilupp ta' karriera għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002 hija annullata.
4)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundanata għall-ispejjeż li saru minn D. Gordon quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u quddiem l-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
(1) ĠU C 129, 9.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy