6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — L-Italja) — Alfonso Luigi Marra vs Eduardo De Gregorio (C-200/07), Antonio Clemente (C-201/07)
(Kawżi magħquda C-200/07 u C-201/07) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Parlament Ewropew - Fuljett maħruġ minn Membru tal-Parlament Ewropew u li kien fih kummenti inġurjużi - Talba għal kumpens tad-dannu morali - Immunità tal-Membri tal-Parlament Ewropew)
(2008/C 313/09)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Alfonso Luigi Marra
Konvenuti: Eduardo De Gregorio (C-200/07), Antonio Clemente (C-201/07)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1967, 152, p. 13) u tal-Artikolu 6(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew (ĠU 2005, L 44, p. 1) — Talba għal kumpens tad-dannu morali subit minħabba kummenti inġurjużi magħmula minn Membru tal-Parlament Ewropew — Ġurisdizzjoni tal-qorti ċivili sabiex tiddeċiedi dwar l-eżistenza tal-immunità fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew
Dispożittiv
Ir-regoli Komunitarji li jirrigwardaw l-immunitajiet tal-Membri tal-Parlament għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f'kawża għad-danni mressqa kontra Membru Parlamentari Ewropew minħabba opinjonijiet espressi minnu,
—
meta l-qorti nazzjonali li tkun adita b'tali kawża ma tkun irċeviet ebda informazzjoni dwar talba li l-imsemmi Membru Parlamentari jkun ressaq quddiem il-Parlament għad-difiża tal-immunità prevista fl-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, hija ma tkunx marbuta li titlob lill-Parlament Ewropew jiddeċiedi dwar jekk il-kundizzjonijiet ta' din l-immunità jkunux ġew sodisfatti;
—
meta l-qorti nazzjonali tkun informata bil-fatt li dan l-istess Membru Parlamentari ressaq talba quddiem il-Parlament Ewropew għad-difiża tal-imsemmija immunità, fis-sens tal-Artikolu 6(3) tar-Regoli ta' Proċedura, hija għandha tissospendi l-proċeduri legali quddiemha u titlob lill-Parlament Ewropew jagħti l-opinjoni tiegħu mill-iktar fis possibbli;
—
meta l-qorti nazzjonali tikkunsidra li l-Membru Parlamentari Ewropew igawdi mill-immunità prevista fl-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, hija għandha ticħad il-kawża mressqa kontra l-Membru Parlamentari Ewropew ikkonċernat.
(1) ĠU C 229, 17.9.2005.
Full & Egal Universal Law Academy