20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-203/07 P) (1)
(Appell - Proġett sabiex tiġi stabbilita missjoni diplomatika komuni f'Abuja (in-Niġerja) - Rimbors ta' somom dovuti mir-Repubblika Ellenika - Kumpens fuq l-ammont li għandu jitħallas mill-Kummissjoni għall-programm operazzjonali reġjonali tal-Greċja kontinentali)
(2008/C 327/04)
Lingwa tal-proċedura: Il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos, S. Trekli u Z. Stavridi, aġenti)
Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Zervas u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Jannar 2007, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-231/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala mhux fondat rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi bl-irkupru permezz ta' tpaċija tas-somom dovuti mill-Greċja wara l-parteċipazzjoni tagħha fil-proġetti Abuja I u Abuja II, għall-ħolqien ta' rappreżentanza diplomatika komuni tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea f'Abuja (in-Niġerja)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy