21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Beroep te Gent — Il-Belġju) — Proċeduri kriminali kontra Lodewijk Gysbrechts, Santurel Inter BVBA
(Kawża C-205/07) (1)
(Artikoli 28 KE sa 30 KE - Direttiva 97/7/KE - Protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod - Terminu għall-irtirar mill-kuntratt - Projbizzjoni li jintalab mingħand il-konsumatur ħlas akkont jew pagament qabel l-iskadenza tat-terminu għall-irtirar mill-kuntratt)
(2009/C 44/17)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Beroep te Gent
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Lodewijk Gysbrechts, Santurel Inter BVBA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Beroep te Gent — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 u 30 KE — Effetti fuq il-kummerċ intra-Komunitarju ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi li jintalab mingħand il-konsumatur ħlas akkont jew pagament qabel l-iskadenza tat-terminu ta' rtirar — Kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju
Dispożittiv
L-Artikolu 29 KE ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali tipprojbixxi lill-fornitur, fil-kuntest ta' bejgħ mill-bogħod transkonfinali, li jitlob ħlas akkont tal-prezz jew kwalunkwe ħlas ieħor mingħand il-konsumatur qabel l-iskadenza tat-terminu ta' rtirar, iżda jipprekludi li, b'applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, ikun ipprojbit, qabel l-iskadenza tal-imsemmi terminu, li jintalab in-numru tal-karta ta' kreditu tal-konsumatur.
(1) ĠU C 140, 23.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy