30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-207/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 56 KE - Liġi nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni bil-quddiem l-akkwist ta' ishma f'impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija u ta' l-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet)
(2008/C 223/22)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 43 u 56 KE — Liġi nazzjonali li tissuġġetta għall-awtorizzazzjoni bil-quddiem ta' kummissjoni speċjali, l-akkwist ta' ċerti ishma f'impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija
Dispożittiv
1)
Bl-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' l-Erbatax-il Funzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Enerġija stabbilita mill-Ħdax-il Dispożizzjoni Addizzjonali, Titolu 3.1 tal-Liġi 34/1998 li tirregola s-settur ta' l-idrokarburi (Ley 34/1998, del sector de hidrocarburos), tas-7 ta' Ottubru 1998, kif emendata bid-Digriet Liġi Rjali 4/2006 (Real Decreto-ley 4/2006), ta' l-24 ta' Frar 2006, sabiex l-akkwist ta' ċerti ishma fl-impriżi li jeżerċitaw ċerti attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija kif ukoll l-akkwist ta' l-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet jiġu ssuġġettati għall-awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Enerġija, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 43 KE u 56 KE.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 140, 23.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy