10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Supreme Court, l-Irlanda) — The Competition Authority vs Beef Industry Development Society Ltd, Barry Brothers (Carrigmore) Meats Ltd
(Kawża C-209/07) (1)
(Kompetizzjoni - Artikolu 81(1) KE - Kunċett ta' “ftehim li għandu l-għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni’ - Ftehim għat-tnaqqis tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni - Laħam taċ-ċanga u tal-vitella)
(2009/C 6/07)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Competition Authority
Konvenuta: Beef Industry Development Society Ltd, Barry Brothers (Carrigmore) Meats Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court — Interpretazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE — Miżuri li jillimitaw jew jikkontrollaw il-produzzjoni — Inklużjoni ta' ftehim li għandu l-effett ta' tnaqqis limitat ta' kapaċità strutturali.
Dispożittiv
Ftehim li għandu karatteristiċi bħal dawk tal-ftehim standard konkluż bejn l-għaxar impriżi ewlenin fost l-impriżi li jipproċessaw il-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fl-Irlanda, li huma membri tal-Beef Industry Development Society Ltd, u li b'mod partikolari jipprovdi għal tnaqqis tal-kapaċitajiet tal-ipproċessar b'madwar 25 %, għandu l-għan li jostakola, jirrestrinġi jew jiddistorċi l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE.
(1) ĠU C 140, 23.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy