12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-211/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Traspożizzjoni żbaljata - Direttiva 84/5/KEE - Artikolu 1(4) - Assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili tal-vetturi bil-mutur - Kundizzjonijiet ta' esklużjoni tal-kumpens tal-passiġġieri f'vettura bil-mutur mhux assigurata)
(2008/C 92/13)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell, aġent)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: D. O'Hagen, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 84/5/KEE: It-Tieni Direttiva tal-Kunsill tat-30 ta' Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 8, p. 17) — Ħlas għad-danni kkawżati minn vetturi bil-mutur mhux assigurati biżżejjed — Kundizzjonijet ta' esklużjoni li jmorru lil hinn minn dawk previsti mid-Direttiva.
Dispożittiv
1)
Billi żammet fis-seħħ l-Artikolu 5(2) u (3) tal-ftehim dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur (Motor Insurance Agreement), iffirmat fil-31 ta' Mejju 2004, bejn il-Ministru tat-Trasport Irlandiż u l-Motor Insurers' Bureau of Ireland, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta' Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur.
2)
L-Irlanda hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy