21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċja) — Michaniki AE vs Ethniko Symvoulio Radiotileorasis, Ypoyrgos Epikrateias
(Kawża C-213/07) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 93/37/KEE - Artikolu 24 - Kawżi ta' esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta' kuntratt - Miżuri nazzjonali li joħolqu inkompatibbiltà bejn is-settur tax-xogħlijiet pubbliċi u dak tal-mezzi ta' informazzjoni)
(2009/C 44/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Michaniki AE
Konvenuti: Ethniko Symvoulio Radiotileorasis, Ypoyrgos Epikrateias
Fil-preżenza ta': Elliniki Technodomiki Techniki Ependytiki Viomichaniki AE, li daħlet fid-drittijiet ta' Pantechniki AE, Syndesmos Epicheiriseon Periodikou Typou
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet (ĠU L 199, p. 54) — Natura eżawrjenti jew le tal-elenku tal-kawżi ta' esklużjoni ta' kuntrattur mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta' kuntratt.
Dispożittiv
1)
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 93/37/KEE, tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, tat-13 ta' Ottubru 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li jelenka, b'mod eżawrjenti, il-kawżi bbażati fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi ta' kwalità professjonali, li jistgħu jiġġustifikaw l-esklużjoni ta' imprenditur milli jipparteċipa f'kuntratt pubbliku għal xogħlijiet. Madankollu, din id-direttiva ma tipprekludix Stat Membru milli jipprovdi għal miżuri ta' esklużjoni oħra intiżi sabiex jiggarantixxu l-osservanza tal-prinċipji tat-trattament ugwali tal-offerenti u tat-trasparenza, sakemm miżuri bħal dawn ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan il-għan.
2)
Id-dritt Komunitarju għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, filwaqt li jkollha għanijiet leġittimi ta' trattament ugwali tal-offerenti u ta' trasparenza fl-ambitu tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi, tistabbilixxi preżunzjoni inkonfutabbli (juris et de iure) ta' inkompatibbiltà bejn il-kwalità ta' proprjetarju, soċju, azzjonist prinċipali jew diriġent ta' impriża li teżerċita attività fis-settur tal-mezzi ta' informazzjoni u dik ta' proprjetarju, soċju, azzjonist prinċipali jew diriġent ta' impriża li tkun fdata mill-Istat jew minn persuna legali tas-settur pubbliku f'sens wiesa' bl-eżekuzzjoni ta' kuntratti għal xogħlijiet, għal provvisti jew għal servizzi.
(1) ĠU C 140, 23.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy