10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-214/07) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Implementazzjoni tad-deċiżjoni - Irkupru ta' għajnuna mqiegħda għad-dispożizzjoni - Impossibbiltà assoluta ta' implementazzjoni’)
(2009/C 6/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Giolito, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, S. Ramet u J.-Ch. Gracia, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta' Diċembru 2003, dwar l-iskema ta' għajnuna implementata minn Franza għall-akkwiżizzjoni ta' impriżi f'diffikultà [Għajnuna mill-Istat C(2003) 4636, ĠU 2004, L 108, p. 38] — Nuqqas ta' miżuri meħuda bl-għan li tiġi rkuprata l-għajnuna illegalment mogħtija — Nuqqas ta' impossibbiltà assoluta ta' eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tordna l-irkupru ta' din l-għajnuna
Dispożittiv
1)
Billi ma implementatx, fit-terminu previst, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/343/KE tas-16 ta' Diċembru 2003, dwar l-iskema ta' għajnuna implementata minn Franza għall-akkwiżizzjoni ta' impriżi f'diffikultà, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi li hija għandha skont l-Artikolu 5 ta' din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy