24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Stuttgart — Il-Ġermanja) — Krystyna Zablocka-Weyhermüller vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-221/07) (1)
(Benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra - Kundizzjoni ta' residenza fit-territorju nazzjonali - Artikolu 18(1) KE)
(2009/C 19/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Sozialgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Krystyna Zablocka-Weyhermüller
Konvenut: Land Baden-Württemberg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sozialgericht Stuttgart — Kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jillimitaw l-esportabbiltà tal-benefiċċji għall-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra (Hinterbliebenenversorgung)
Dispożittiv
L-Artikolu 18(1) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li permezz tagħha dan tal-aħħar jirrifjuta li jħallas ċerti benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra sempliċement minħabba l-fatt li dawn ikunu jirrisjedu fit-territorju ta' ċerti Stati Membri partikolari.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy