10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbilka tal-Polonja
(Kawża C-227/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) - Artikolu 4(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) - Traspożizzjoni inkorretta)
(2009/C 6/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Shotter u K. Mojzesowicz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubbilka tal-Polonja (rappreżentanti: E. Ośniecka-Tamecka, T. Nowakowski u M. Dowgielewicz, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 4(1) u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108 p. 7) — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-telekomunikazzjonijiet li tobbliga, permezz ta' dispożizzjoni legali ġenerali, lill-operaturi ta' netwerks pubbliċi ta' telekomumikazzjoni jinnegozjaw in bona fide l-kuntratti ta' aċċess u li tipprovdi li l-awtorità regolatorja tista', jekk il-partijiet ma jaslux għal ftehim u fuq talba ta' waħda mill-partijiet, tadotta deċiżjoni li tissostitwixxi l-kuntratt tal-partijiet
Dispożittiv
1)
Billi ma ttrasponietx korrettament l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tal-Polonja għandhom, kull wieħed u waħda minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy