21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-233/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KE - Trattament ta' l-ilma urban residwu - Deċiżjoni 2001/720/KE - Deroga dwar it-trattament ta' ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta' Estoril - Ksur ta' l-Artikoli 2, 3 u 5 ta' l-imsemmija deċiżjoni)
(2008/C 158/10)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u P. Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Fernandes u M. J. Lois, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 2, 3 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2001, li tagħti deroga lill-Portugall dwar it-trattament ta' ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta' Estoril (ĠU L 269, p. 14)
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Portugiża,
—
billi ma ssuġġettatx, matul l-istaġun ta' l-għawm, l-ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta' Estoril għall-inqas għal trattament primarju avvanzat u għal proċess ta' diżinfezzjoni qabel ma jintrema fil-baħar, skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/720/KE, li tagħti deroga lill-Portugall dwar it-trattament ta' ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta' Estoril,
—
billi ma ssuġġettatx, barra mill-istaġun ta' l-għawm, l-ilma urban mormi mill-imsemmija agglomerazzjoni, għall-inqas għal trattament primarju qabel ma jinħareġ, skond l-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni 2001/720/KE, u
—
billi ppermettiet l-iskariki ta' ilma urban mormi minn din l-agglomerazzjoni jikkawża tibdil fl-ambjent,
naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikoli 2, 3 u 5 ta' din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy