21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tal-20 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Sony Music Entertainment (Il-Ġermanja) GmbH vs Falcon Neue Medien Vertrieb GmbH
(Kawża C-240/07) (1)
(Drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur - Drittijiet tal-produtturi ta' fonogrammi - Dritt ta' riproduzzjoni - Dritt ta' distribuzzjoni - Perijodu ta' protezzjoni - Direttiva 2006/116/KE - Drittijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi)
(2009/C 69/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sony Music Entertainment (Il-Ġermanja) GmbH
Konvenuta: Falcon Neue Medien Vertrieb GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-perjodu ta' protezzjoni ta' drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati (ĠU L 372, p. 12) — Applikabbiltà tal-perijodu ta' protezzjoni għal xogħol li qatt ma ġie protett fl-Istat Membru li fih il-protezzjoni hija mitluba u fejn id-detentur ta' dan id-dritt mhuwiex ċittadin tal-Komunità
Dispożittiv
1)
Il-perijodu ta' protezzjoni previst mid-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-perjodu ta' protezzjoni ta' drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati huwa applikabbli wkoll skont l-Artikolu 10(2) ta' din id-direttiva meta s-suġġett inkwistjoni ma kien qatt protett fl-Istat Membru fejn qed tintalab il-protezzjoni.
2)
L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/116 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodi ta' protezzjoni previsti minn din id-direttiva japplikaw f'sitwazzjoni fejn ix-xogħol jew is-suġġett inkwistjoni kien, fl-1 ta' Lulju 1995, fih innifsu protett f'mill-anqas Stat Membru wieħed, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' dan l-Istat Membru dwar id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati u fejn id-detentur ta' tali drittijiet fuq dan ix-xogħol jew dan is-suġġett, li jkun ċittadin ta' pajjiż terz, kien jibbenifika, f'din id-data, mill-protezzjoni prevista minn dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy