1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Riigikohus — Ir-Repubblika tal-Estonja) — JK Otsa Talu OÜ vs Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)
(Kawża C-241/07) (1)
(FAEGG - Regolament (KE) Nru 1257/1999 - Sostenn Komunitarju għall-iżvilupp rurali - Sostenn għall-metodi ta’ produzzjoni agriambjentali)
2009/C 180/04
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: JK Otsa Talu OÜ
Konvenut: Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Riigikohus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 22, 23 24(1), 37(4) u 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, p. 80) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita s-sostenn agriambjentali għall-applikanti li jkunu diġà bbenifikaw minn sostenn matul is-sena finanzjarja ta’ qabel u esklużjoni ta’ applikanti ġodda li jassumu l-impenn li jorganizzaw il-produzzjoni tagħhom skont ir-rekwiżiti agriambjentali
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/2004 tat-22 ta’ Diċembru 2004, moqrija flimkien mal-Artikoli 37(4) u 39 tal-imsemmi regolament, ma jipprekludux Stat Membru milli jillimita, minħabba li ma jkunx hemm biżżejjed mezzi finanzjarji, il-kategorija ta’ benefiċjarji tas-sostenn għall-iżvilupp rurali għall-bdiewa li jkunu diġà bbenefikaw minn deċiżjoni tal-għoti ta’ sostenn bħal dan matul is-sena finanzjarja ta’ qabel.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007
Full & Egal Universal Law Academy