19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja
(Kawża C-246/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 10 KE u 300(1) KE - Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar materjal organiku persistenti li jniġġes - Proposta unilaterali ta’ Stat Membru għall-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness A ta’ din il-konvenzjoni)
2010/C 161/03
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u C. Tufvesson, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Kruse u A. Falk, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Pilgaard Zinglersen u R. Holdgaard, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. M. Wissels u D. J. M. De Grave, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, aġent u D. Anderson, QC)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 10 KE u 300(1) KE — Proposta unilaterali għall-inklużjoni ta’ sustanza, il-perfluoroctane sulfonate, fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar materjal organiku persistenti li jniġġes
Dispożittiv
(1)
Billi ppropona, unilateralment, li jinkludi sustanza, il-perfluoroctane sulfonate, fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar materjal organiku persistenti li jniġġes, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 10 KE.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(4)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 183, 04.08.2007
Full & Egal Universal Law Academy