24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda
(Kawża C-249/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Direttiva 92/43/KE - Miżura li għandha effett ekwivalenti - Awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma ta' gajdri u molluski ta' speċi indiġeni li joriġinaw minn Stati Membri oħra - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tal-ħajja tal-annimali - Żamma tal-bijodiversità u konservazzjoni tal-ispeċi tal-ħut fl-interess tas-sajd)
(2009/C 19/06)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis u S. Noe, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: C.M. Wissels u C. ten Dam, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 28 KE u 30 KE — Sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma, mal-kosta Olandiża, ta' gajdri u molluski li joriġinaw minn Stati Membri oħra
Dispożittiv
1)
Billi stabbilixxa sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma, mal-kosta Olandiża, ta' gajdri u molluski li joriġinaw legalment minn Stati Membri oħra u li jagħmlu parti mill-ispeċi indiġeni tal-Olanda, ir-Renju tal-Olanda naqas milli josserva l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 28 KE u 30 KE.
2)
Ir-Renju tal-Olanda huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy