1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-250/07) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/38/KEE - Kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni - Proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi mingħajr sejħa minn qabel għal kompetizzjoni - Kundizzjonijiet - Komunikazzjoni tal-motivi għaċ-ċaħda ta’ offerta - Terminu”)
2009/C 180/05
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u D. Kukovec, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: D. Tsagkaraki, aġent, V. Christianos, dikigoros)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4, 20(2) u 41(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU L 199, p. 84) — Proċedura ta’ kompetizzjoni għall-istudju, il-provvista, it-trasport, l-installazzjoni u t-tħaddim ta’ żewġ impjanti għall-produzzjoni tal-enerġija elettrika għaċ-ċentrali termoelettrika ta’ Atherinolakkos fi Kreta
Dispożittiv
1)
Billi damet mingħajr ġustifikazzjoni sabiex tirrispondi għat-talba għal preċiżazzjonijiet ta’ offerent dwar il-motivi għar-rifjut tal-offerta tiegħu, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligu tagħha skont l-Artikolu 41(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE, tat-13 ta’ Settembru 2001.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy