24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — Intel Corporation Inc. vs Cpm United Kingdom Limited
(Kawża C-252/07) (1)
(Direttiva 89/104/KEE - Trade marks - Artikolu 4(4)(a) - Trade marks li għandhom reputazzjoni - Protezzjoni kontra l-użu ta' trade mark identika jew simili sussegwenti - Użu li jieħu jew li jista' jieħu vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti jew huwa jew jista' jkun ta' detriment għalihom)
(2009/C 19/07)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Intel Corporation Inc.
Konvenuta: Cpm United Kingdom Limited
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4(4)(a) u 5(2) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni — Kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' rabta fis-sens tas-sentenza C-408/01, Adidas-Salomon AG u Adidas-Benelux BV.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 4(4)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta' rabta, fis-sens tas-sentenza tat-23 ta' Ottubru 2003, Adidas-Salomon u Adidas Benelux (C-408/01), bejn it-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni u t-trade mark sussegwenti għandha tiġi evalwata b'mod globali, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni.
2)
Il-fatt li trade mark sussegwenti tfakkar lill-konsumatur medju, li jkun normalment infurmat u raġonevolment attent u prudenti, fit-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni, huwa ekwivalenti għall-eżistenza ta' rabta, skont is-sentenza Adidas-Salomon u Adidas Benelux, iċċitata, bejn it-trade marks konfliġġenti.
3)
Il-fatt li:
—
it-trade mark preċedenti jkollha reputazzjoni kbira għal ċerti tipi speċifiċi ta' prodotti jew servizzi, u
—
dawn il-prodotti jew servizzi u l-prodotti jew servizzi li għalihom it-trade mark sussegwenti hija rreġistrata huma differenti jew differenti b'mod sostanzjali, u
—
it-trade mark preċedenti hija unika fir-rigward ta' kwalunkwe prodotti jew servizzi mhux neċessarjament jimplika l-eżistenza ta' rabta, skont is-sentenza Adidas-Salomon u Adidas Benelux, iċċitata, bejn it-trade marks konfliġġenti.
4)
L-Artikolu 4(4)(a) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta' użu tat-trade mark sussegwenti li jieħu jew jista' jieħu vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti, jew li huwa jew jista' jkun ta' detriment għandha tiġi evalwata b'mod globali, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni.
5)
Il-fatt li:
—
it-trade mark preċedenti jkollha reputazzjoni kbira għal ċerti tipi speċifiċi ta' prodotti jew servizzi u
—
dawn il-prodotti jew servizzi u l-prodotti jew servizzi li għalihom it-trade mark sussegwenti hija rreġistrata huma differenti jew differenti b'mod sostanzjali u
—
it-trade mark preċedenti hija unika fir-rigward ta' kwalunkwe prodotti jew servizzi u
—
trade mark sussegwenti tfakkar lill-konsumatur medju, li jkun normalment infurmat u raġonevolment attent u prudenti, fit-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni,
mhuwiex suffiċjenti sabiex tingħata l-prova li l-użu tat-trade mark sussegwenti jieħu jew jista' jieħu vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti, jew huwa jew jista' jkun ta' detriment għalihom, skont l-Artikolu 4(4)(a) tad-Direttiva 89/104.
6)
L-Artikolu 4(4)(a) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
l-użu tat-trade mark sussegwenti jista' jkun ta' detriment għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni anki jekk din tal-aħħar mhijiex unika;
—
l-ewwel użu tat-trade mark sussegwenti jista' jkun suffiċjenti sabiex ikun ta' detriment għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti;
—
il-prova li l-użu tat-trade mark sussegwenti huwa jew jista' jkun ta' detriment għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti tippresupponi li jintwera tibdil fl-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom it-trade mark preċedenti hija rreġistrata wara l-użu tat-trade mark sussegwenti jew possibbiltà serja li tibdil bħal dan iseħħ fil-futur.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy