6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Canterbury Hockey Club, Canterbury Ladies Hockey Club vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs
(Kawża C-253/07) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Servizzi marbuta mal-prattika tal-isport - Servizzi mogħtija lil persuni li jieħdu parti fl-isport - Servizzi mogħtija lil assoċjazzjonijiet mhux reġistrati u lil persuni ġuridiċi - Inklużjoni - Kundizzjonijiet)
(2008/C 313/10)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Canterbury Hockey Club, Canterbury Ladies Hockey Club
Konvenuta: Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(m) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima — Eżenzjoni ta' ċerti serizzi marbuta mill-qrib mal-prattika tal-isport u l-edukazzjoni fiżika — Kunċett ta' “persuni li jieħdu parti fl-isport jew fl-edukazzjoni fiżika” — Kamp ta' applikazzjoni rationae personae
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 13A(1)(m) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll, fil-kuntest ta' persuni li jieħdu parti fl-isport, is-servizzi mogħtija lil persuni ġuridiċi u lil assoċjazzjonijiet mhux reġistrati sakemm — u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju — dawn is-servizzi jkunu marbuta mill-qrib mal-prattika tal-isport u jkunu indispensabbli għat-twettiq tagħha, jingħataw minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt u l-benefiċjarji effettivi tal-imsemmija servizzi jkunu persuni li jieħdu parti fl-isport.
2)
L-espressjoni “ċerti servizzi li [huma] marbuta mill-qrib ma' sport”, użata fl-Artikolu 13A(1)(m) tas-Sitt Direttiva 77/388, ma tawtorizzax lill-Istati Membri li jillimitaw l-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni fir-rigward tad-destinatarji tas-servizzi inkwistjoni.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy