23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/26
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja
(Kawża C-257/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/17/KE - Koordinazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 51/43)
Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Kukovec u K. Nyberg, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja [rappreżentant: A. Falk, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, p. 1)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, ir-Renju ta' l-Iżvejza naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din l-istess Direttiva.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy