26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja
(Kawża C-258/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/18/KE - Proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 22/32)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Kukovec u Nyberg, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, p.114)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax fit-terminu previst il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18 /KE, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta' l-Iżvezja għandu jbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy