29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja
(Kawża C-259/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/51/KE - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri ta' għoti ta' kuntratti - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 79/15)
Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Kukovec u K. Nyberg, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja [rappreżentant: A. Falk, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE tas-7 ta' Settembru 2005 li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-kuntratti pubbliċi (ĠU L 257, p. 127)
Dispożittiv
1)
Billi m'adottax, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE tas-7 ta' Settembru 2005 li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-kuntratti pubbliċi, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond l-imsemmija Direttiva.
2)
Ir-Renju ta' l-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy