20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van koophandel te Antwerpen — il-Belgju) — VTB-VAB NV (C-261/07) Galatea BVBA (C-299/07) vs Total Belgium NV (C-261/07), Sanoma Magazines Belgium NV (C-299/07)
(Kawżi maqgħuda C-261/07 u C-299/07) (1)
(Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-offerti konġunti lil konsumaturi)
2009/C 141/05
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van koophandel te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VTB-VAB NV (C-261/07), Galatea BVBA (C-299/07)
Konvenuti: Total Belgium NV (C-261/07), Sanoma Magazines Belgium NV (C-299/07)
Suġġett
Talba għal domanda preliminari — Rechtbank van koophandel te Antwerpen — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005, dwar pratti[k]i kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2006/2004 (“Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali”) (ĠU L 149, p. 22) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-offerti konġunti lil konsumaturi.
Dispożittiv
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar pratti[k]i kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2006/2004 (“Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali li, ħlief f’ċerti eċċezzjonijiet u mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni, tipprojbixxi kull offerta konġunta magħmula minn bejjiegħ lil konsumatur.
(1) ĠU C 199, 25.08.2007
Full & Egal Universal Law Academy