26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-263/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Traspożizzjon inkorretta - Direttiva 96/61/KE - Artikolu 9(4) - Artikolu 13(1) - Anness I - Prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis - Kunċetti ta' rikors għall-“aħjar tekniki disponibbli’ u ta' “kunsiderazzjoni mill-ġdid perjodikament tal-kundizzjonijiet tal-permess’)
(2008/C 22/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-B. Laignelot, aġenti]
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu [rappreżentant: C. Schiltz, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta ta' l-Artikoli 9(4) u 13(1) kif ukoll ta' l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ta' l-24 ta' Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p. 26) — Kunċetti ta' rikors għall-“aħjar tekniki disponibbli” u “kunsiderazzjoni mill-ġdid perjodikament” tal-kundizzjonijiet tal-permess
Dispożittiv
1)
Billi ma ttrasponiex korrettement l-Artikoli 9(4) u 13(1) kif ukoll l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ta' l-24 ta' Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond din id-Direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy