5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l-20 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-271/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/61/KE - Prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis - Traspożizzjoni inkompleta u inkorretta)
(2008/C 171/16)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: C. Pochet, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni parzjali, inkorretta jew ineżistenti ta' l-Artikolu 2(2), (3), (4), (5), (6), (7), (9), (10) u (11), l-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(3), (4), (5) u (6), l-Artikolu 10, l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14, l-Artikolu 17(2) u ta' l-Annessi I u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p. 26) — Nuqqas ta' qbil bejn il-kamp ta' applikazzjoni materjali tal-miżuri ta' traspożizzjoni u dak tad-direttiva — Setgħa diskrezzjonali wiesgħa wisq mogħtija lill-awtoritajiet reġjonali f'dak li jikkonċerna l-permessi ta' tħaddim u ċ-ċirkostanzi li fihom kunsiderazzjoni mill-ġdid u/jew aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-permess għandhom isiru.
Dispożittiv
1)
Billi ttraspona parzjalment jew inkorrettament l-Artikolu 2(2) sa (7) u (9) sa (11), l-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(3) sa (6), l-Artikolu 10, l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(1) u (2) u l-Artikolu 14 kif ukoll-Annessi I u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy