12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-273/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/51/KE - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi)
(2008/C 92/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: B. Stromsky u D. Kukovec, aġenti]
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu [rappreżentant: C. Schiltz, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE, tas-7 ta' Settembru 2005, li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ix-xiri pubbliku (ĠU L 257, p. 127)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE, tas-7 ta' Settembru 2005, li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ix-xiri pubbliku, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas li jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy