8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Litwanija
(Kawża C-274/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Servizz universali u drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi - Artikolu 26(3) - Numru uniku ta' emerġenza Ewropew - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta' tagħrif dwar il-lok ta' min iċempel)
(2008/C 285/15)
Lingwa tal-kawża: Il-Litwan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u A. Steiblytė, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanija (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 26(3) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/22/KE, tas-7 ta' Marzu 2000, dwar is-servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, p. 51)
Dispożittiv
1)
Billi ma żguratx fil-prattika li l-awtoritajiet li jintervjenu fl-emerġenzi jingħataw, safejn huwa teknikament possibbli, tagħrif dwar il-lok tat-telefonati kollha lin-numru uniku ta' emerġenza Ewropew “112” li jgħaddu min-netwerks pubbliċi tat-telefon, ir-Repubblika tal-Litwanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”).
2)
Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy