16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-275/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tranżitu Komunitarju estern - Carnets TIR - Dazji doganali - Riżorsi proprji tal-Komunitajiet - Tqegħid għad-dispożizzjoni - Terminu - Imgħaxijiet għal dewmien - Regoli ta’ kontabbiltà)
2009/C 113/10
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms, M. Velardo u D. Recchia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia u G. Albenzio, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 8 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p.1) u tal-Artikolu 6(2)(a) tal-istess regolament li, mit-30 ta’ Mejju 2000, ġie sostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU L 130, p. 1) — Regoli ta’ kontabbiltà — Imgħaxijiet għal dewmien dovuti fil-każ ta’ ħlas tardiv tar-riżorsi proprji
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007
Full & Egal Universal Law Academy