21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Hauptzollamt Hamburg-Jonas vs Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb GmbH & Co
(Kawża C-278/07 sa C-280/07) (1)
(Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej - Artikolu 3 - Irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni - Determinazzjoni ta' perijodu ta' preskrizzjoni - Irregolaritajiet imwettqa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2988/95 - Regola ta' preskrizzjoni li tagħmel parti mid-dritt ċivili ġenerali ta' Stat Membru)
(2009/C 69/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Konvenuti: Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb GmbH & Co. (C-278/07), Vion Trading GmbH (C-279/07), Ze Fu Fleischhandel GmbH (C-280/07)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, p. 1) — Determinazzjoni ta' perijodu ta' preskrizzjoni applikabbli għall-irregolaritajiet imwettqa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2988/95 u li jinvolvu l-irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni.
Dispożittiv
1)
Il-perijodu ta' preskrizzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea huwa applikabbli għall-miżuri amministrattivi bħall-irkupru ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni indebitament mogħtija lill-esportatur b'riżultat ta' irregolaritajiet imwettqa minn dan tal-aħħar.
2)
F'sitwazzjonijiet bħal dawk fil-kawżi prinċipali, il-perijodu ta' preskrizzjoni li huwa pprovdut fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95:
—
japplika għal irregolaritajiet imwettqa qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament;
—
jibda jiddekorri mid-data tat-twettiq tal-irregolarità inkwistjoni.
3)
Il-perijodi ta' preskrizzjoni itwal li l-Istati Membri għandhom il-fakultà li japplikaw skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95, jistgħu jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ta' dritt komuni preċedenti għad-data tal-adozzjoni ta' dan ir-regolament.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy