21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank AG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-281/07) (1)
(Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej - Artikolu 3 - Irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni - Żball tal-amministrazzjoni nazzjonali - Perijodu ta' preskrizzjoni)
(2009/C 69/10)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank AG
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE/Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, p. 1) — Applikabbiltà tat-terminu ta' preskrizzjoni previst mir-Regolament Nru 2988/95 fil-każ ta' rkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni mħallsa wara żball tal-amministrazzjoni nazzjonali mingħajr ma l-operatur ekonomiku inkwistjoni ma jkun wettaq xi irregolarità.
Dispożittiv
Il-perijodu ta' preskrizzjoni ta' erba' snin previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, mhuwiex applikabbli għal proċedura ta' rkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni mħallsa indebitament lil esportatur minħabba żball tal-awtoritajiet nazzjonali meta dan tal-aħħar ma jkun wettaq ebda irregolarità fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta' dan ir-regolament.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy