21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-283/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 75/442/KEE - Artikolu 1 - Kunċett ta' “skart’ - Skart intiż sabiex jintuża fl-attività tal-azzar - Kombustibbli li ġej minn skart ta' kwalità għolja - Traspożizzjoni żbaljata)
(2009/C 44/20)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: C. Zadra u J.-B. Laignelot, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. Braguglia, agent u G. Fiengo, avvocato dello Stato]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU L 194, p. 39) kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta' Marzu 1991 (ĠU L 78, p. 32) — Kombustibbli ġej mill-iskart (RDF) u metall intiż sabiex jintuża fl-attività tal-azzar u dik metallurġika — Esklużjoni mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi nazzjonali tat-traspożizzjoni.
Dispożittiv
1)
Billi adottat u żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet bħalma huma:
—
l-Artikolu 1(25) sa (27) u 29(a) tal-liġi Nru 308, tal-15 ta' Diċembru 2004, li tiddelega lill-Gvern sabiex jirriforma, jikkoordina u jikkompleta l-leġiżlazzjoni dwar l-abjent u l-miżuri ta' applikazzjoni diretta, u
—
l-Artikolu 1(29)(b) tal-liġi Nru 308, tal-15 ta' Diċembru 2004, kif ukoll l-Artikoli 183(1)(s) u 229(2) tad-Digriet leġiżlattiv Nru 152, tat-3 ta' April 2006, li jistabilixxi regoli dwar l-ambjent
li permezz tagħhom, rispettivament, ċertu skart intiż sabiex jintuża fl-industrija tal-azzar u dik metallurġika kif ukoll il-kombustibbli li ġej minn skart ta' kwalità għolja (RDF) jitneħħew a priori mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi Taljana fuq l-iskart li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE tal-Kunsill, tat-18 ta' Marzu 1991, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu (1)(a) ta' din id-Direttiva.
2)
Ir-repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy