7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta' l-24 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-286/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 28 KE - Reġistrazzjoni tal-vetturi second-hand preċendement irreġistrati fi Stat Membru ieħor - Rekwiżit ta' estratt tar-reġistru tal-kummerċ jew ta' dokument ekwivalenti li jiċċertifika r-reġistrazzjoni tal-bejjiegħ tal-vettura fil-kwalità tiegħu bħala kummerċjant - Eżenzjoni mir-rekwiżit ta' preżentata tal-fatturi jew ta' dokumenti oħra li jiċċertifikaw iċ-ċessjoni ta' proprjeta preċedenti)
(2008/C 142/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)
Konvenuta: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: C. Schiltz, aġent u P. Kinsch, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 28 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, għar-reġistrazzjoni tal-vetturi second-hand preċendement irreġistrati fi Stat Membru ieħor, il-preżentata ta' estratt tar-reġistrazzjoni tal-bejjiegħ tal-vettura fir-reġistru ta' kummerċ, filwaqt li l-vetturi rreġistrati preċedentement fil-Lussemburgu mhumiex suġġetti għal tali obbligu — Ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija — Nuqqas ta' ġustifikazzjoni u ta' proporzjonalità
Dispożittiv
1)
Billi impona, permezz tal-prattika kkontestata, għall-finijiet tar-reġistrazzjoni fil-Lussemburgu tal-vetturi, il-preżentata ta' estratt tar-registru tal-kummerċ jew ta' dokument ekwivalenti li jiċċertifika r-reġistrazzjoni tal-bejjiegħ tal-vettura fil-kwalità tiegħu bħala kummerċjant, bl-eċċezzjoni tal-kummerċjanti li jidhru fir-reġistru tas-Société Nationale de Contrôle Technique, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu bis-saħħa ta' l-Artikolu 28 KE.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy