20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-287/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/17/KE - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, tal-enerġija,tat-trasport u tal-posta - Traspożizzjoni mhux korretta jew mhux kompleta - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 141/06
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky, D. Kukovec u M. Konstantinidis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven u J.-C. Halleux, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, p. 1)
Dispożittiv
1)
Ir-Renju tal-Belġju,
—
billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jittrasponi b’mod komplet u korrett l-Artikolu 1(2)(b), it-tieni subparagrafu tal-paragrafu (ċ), u (d), u t-tieni subparagrafu tas-subartikolu (13), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 17(10)(a) u (ċ), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 36(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 45(1) u (3)(a) u (ċ), l-Artikolu 48(1) sa (4) u (6)(ċ), it-tieni inċiż tal-Artikolu 49(2), u (3) sa (5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(1)(ċ), l-Artikolu 52(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1)(d), u (e), u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 57(3), kif ukoll l-Artikolu 65(2) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, u
—
billi naqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 9, 34(2), 52(3), u t-tieni sentenza tal-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2004/17,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 08.09.2007.
Full & Egal Universal Law Academy