22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs vs Isle of Wight Council, Mid-Suffolk District Council, South Tyneside Metropolitan Borough Council, West Berkshire District Council
(Kawża C-288/07) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 4(5) - Attivitajiet imwettqa minn korp irregolat mid-dritt pubbliku - Operat ta' żoni ta' parking bi ħlas - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Tifsira ta' l-espressjonijiet “iwassal għal’ u “sinjifikanti’)
(2008/C 301/16)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs
Konvenuti: Isle of Wight Council, Mid-Suffolk District Council, South Tyneside Metropolitan Borough Council, West Berkshire District Council
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) (England & Wales) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p.1) — Attivitajiet jew operazzjonijiet imwettqa minn korp irregolat mid-dritt pubbliku bħala awtorità pubblika — Żoni ta' parking bi ħlas li jinsabu barra minn toroq prinċipali pubbliċi — Eżenzjoni minn taxxa li twassal għal distorsjoni ta' kompetizzjoni — Kunċett ta' “distorsjoni tal-kompetizzjoni” — Kriterji ta' evalwazzjoni.
Dispożittiv
1)
It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni li għalihom twassal l-eżenzjoni tal-korpi rregolati mid-dritt pubbliku li jaġixxu bħala awtoritajiet pubbliċi għandhom jiġu evalwati fir-rigward ta' l-attività in kwistjoni, inkwantu tali, mingħajr ma din l-evalwazzjoni tirrigwarda suq lokali in partikolari.
2)
It-termini “iwassal għal” skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jieħdu in kunsiderazzjoni mhux biss il-kompetizzjoni attwali, iżda wkoll il-kompetizzjoni potenzjali, safejn il-possibbiltà għal operatur privat li jidħol fis-suq rilevanti tkun reali, u mhux purament ipotetika.
3)
L-espressjoni “sinifikanti”, skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva, għandha tinftiehem fis-sens li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni attwali jew potenzjali għandhom ikunu akbar minn dawk li huma tant żgħar li ma jkollhomx għalfejn jitqiesu.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy