24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-3 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-289/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/17/KE - Koordinament tal-proċeduri ta' l-għoti ta' kuntratti fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali - Nuqqas ta' transpożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 128/24)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Caeiros u D. Kukovec, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Fernandes u F. Andrade e Sousa, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, p. 1)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, ir-Repubblika tal-Portugall naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 71(1) ta' din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy