7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Département du Loiret, Scott SA
(Kawża C-295/07 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Prezz preferenzjali ta' art - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Irkupru ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Valur attwali tal-għajnuna - Rata ta' imgħax komposta - Nuqqas ta' motivazzjoni - Annullament totali - Ammissibilità)
(2009/C 32/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Flett, aġent)
Appellati: Département du Loiret, Scott SA (rappreżentanti: J. Lever QC, J. Gardner, Barrister u G. Peretz, Barristers, R. Griffith u M. Papadakis, solicitors]
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tad-29 ta' Marzu 2007, Département du Loiret vs Il-Kummissjoni (T-369/00), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/14/KE, tat-12 ta' Lulju 2000, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur Scott Paper SA/Kimberly-Clark (ĠU 2002, L 12, p. 1), sa fejn din tirrigwarda l-għajnuna mogħtija taħt il-forma ta' prezz preferenzjali ta' art imsemmi fl-ewwel Artikolu tagħha — Metodu ta' kalkolu tal-imgħax dovut fuq l-ammonti riċevuti illegalment: rata ta' imgħax sempliċi jew komposta? — Motivazzjoni tal-għażla ta' dan il-metodu u qlib tal-oneru tal-prova — Mument li fih għandha tiġi evalwata l-eżistenza ta' vantaġġ illegali
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-29 ta' Marzu 2007, Département du Loiret vs Il-Kummissjoni (T-369/00), hija annullata.
2)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy