30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — PAGO International GmbH vs Tirolmilch registrierte Genossenschaft mbH
(Kawża C-301/07) (1)
(“Trade marks - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 9(1)(ċ) - Trade mark li għandha reputazzjoni fil-Komunità - Portata ġeografika tar-reputazzjoni”)
2010/C 24/04
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PAGO International GmbH
Konvenuta: Tirolmilch registrierte Genossenschaft mbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1) — Drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark li għandha reputazzjoni fil-Komunità — Trade mark reputata biss fi Stat Membru — Protezzjoni tat-trade mark fil-Komunità kollha jew sempliċement fi Stat Membru
Dispożittiv
L-Artikolu 9(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tibbenefika mill-protezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, trade mark Komunitarja għandha tkun magħrufa minn parti sinjifikattiva tal-pubbliku kkonċernat mill-prodotti jew mis-servizzi koperti minnha, f’parti sostanzjali tat-territorju tal-Komunità Ewropea u li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, it-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni jista’ jkun ikkunsidrat bħala li jammonta għal parti sostanzjali tat-territorju tal-Komunità.
(1) ĠU C 223, 22.09.2007
Full & Egal Universal Law Academy