22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Directmedia Publishing GmbH vs Albert-Ludwigs-Universität Freiburg
(Kawża C-304/07) (1)
(Direttiva 96/9/KE - Protezzjoni legali ta' databases - Dritt sui generis - Kunċett ta' “estrazzjoni’ tal-kontenut ta' database)
(2008/C 301/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Directmedia Publishing GmbH
Konvenuta: Albert-Ludwigs-Universität Freiburg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2)(a) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE, tal-11 ta' Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, p. 20) — Teħid ta' data minn database protetta għal database oħra, imwettaq element element, wara eżami bir-reqqa u fid-dettal tad-data, mingħajr ma jsir ebda kkopjar — Klassifikazzjoni ta' din l-operazzjoni ta' teħid ta' data bħala “estrazzjoni” fis-sens tad-Direttiva 96/9/KE
Dispożittiv
It-teħid ta' elementi minn database protetta għal database oħra wara konsultazzjoni tal-ewwel database fuq l-iskrin u wara evalwazzjoni individwali tal-elementi kontenuti f'din tal-aħħar jista' jikkostitwixxi “estrazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE tal-11 ta' Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta' databases, sa fejn — ħaġa li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika — din l-operazzjoni tikkorrispondi għat-trasferiment ta' parti sostanzjali, evalwata b'mod kwalitattiv jew kwantitattiv, mill-kontenut tad-database protetta jew għal trasferimenti ta' partijiet mhux sostanzjali li, bin-natura ripetuta u sistematika tagħhom, ikunu wasslu sabiex tiġi rrikostitwita parti sostanzjali minn dan il-kontenut.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy