21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Højesteret — Id-Danimarka) — Ruben Andersen vs Kommunernes Landsforening som mandatar for Slagelse Kommune (tidl. Skælskør Kommune)
(Kawża C-306/07) (1)
(Informazzjoni għall-ħaddiema - Direttiva 91/533/KEE - Artikolu 8(1) u (2) - Kamp ta' applikazzjoni - Ħaddiema “koperti’ minn ftehim kollettiv - Kunċett ta' kuntratt jew relazzjoni ta' impjieg ta' natura “temporanja’)
(2009/C 44/21)
Lingwa tal-kawża: Id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ruben Andersen
Konvenuta: Kommunernes Landsforening som mandatar for Slagelse Kommune (tidl. Skælskør Kommune)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KE, tal-14 ta' Ottubru 1991, dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, p. 32) — Applikabbiltà ta' ftehim kollettiv intiż biex jittrasponi d-direttiva għal ħaddiem li mhuwiex membru ta' waħda mill-organizzazzjonijiet sindakali firmatarji ta' dan il-ftehim — Dritt tal-ħaddiema li jikkunsidraw lilhom infushom leżi minħabba n-nuqqas ta' rispett tal-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ftehim kollettiv li jittrasponi fid-dritt nazzjonali d-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva huwa applikabbli għal ħaddiem għalkemm dan ma huwa membru ta' ebda organizzazzjoni sindakali firmatarja ta' tali ftehim kollettiv.
2)
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/533 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxix li ħaddiem li mhuwiex membru ta' organizzazzjoni sindakali firmatarja ta' ftehim kollettiv li jirregola r-relazzjoni ta' impjieg ta' dan tal-aħħar jista' jkun ikkunsidrat bħala “kopert minn” dan il-ftehim fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.
3)
Il-frażi “kuntratt temporanju jew […] relazzjoni tal-impjieg [ta' natura temporanja]” li tinsab fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/533 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tkopri l-kuntratti u r-relazzjonijiet ta' impjieg għal żmien qasir. Fin-nuqqas ta' regoli adottati għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jistabbilixxu l-perijodu ta' żmien każ b'każ u skont il-karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti setturi jew ta' ċerti tipi ta' xogħol u attivitajiet. L-imsemmi perijodu ta' żmien għandu madankollu jkun stabbilit b'mod li jassigura l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet li jibbenefikaw minnhom il-ħaddiema skont l-imsemmija direttiva.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy