30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-307/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/48/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtjia ma' l-ikkompletar ta' edukazzjoni u taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin - Nuqqas ta' rikonoxximent ta' diplomi ta' aċċess għall-professjoni ta' spiżjar fil-bioloġija medika - Nuqqas ta' traspożizzjoni)
(2008/C 223/24)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u P. Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Fernandes, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16) għal dak li jikkonċerna l-professjoni ta' spiżjar speċjalizzat fil-bioloġija medika
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16), kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/19/KE, għal dak li jikkonċerna l-professjoni ta' spiżjar speċjalizzat fil-bioloġija medika, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy