18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Frar 2009 – Koldo Gorostiaga Atxalandabaso vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-308/07 P) (1)
(Appell - Regoli dwar l-ispejjeż u l-indennizzi tal-membri parlamentari Ewropej - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament permezz ta’ kumpens - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Dritt għal qorti imparzjali - Res judicata - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)
2009/C 90/03
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Koldo Gorostiaga Atxalandaso (rappreżentant: D. Rouget, avukat)
Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, C. Karamarcos u D. Moore, aġenti)
Suġġett
Appell mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ April 2007, Gorostiaga Atxalandabaso vs Il-Parlament (T-132/06), li permezz tiegħu, il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat ir-rikors tar-rikorrent għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Marzu 2006, adottata sabiex timplementa s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Diċembru 2005, Gorostiaga Atxalandabaso vs Il-Parlament (T-146/04) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza u tal-prinċipju ta’ imparzjalità – Interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-ispejjeż u l-indennizz tal-membri parlamentari tal-Parlament Ewropew
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Gorostiaga Atxalandabaso huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy