6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil — Spanja) — Kirtruna SL, Elisa Vigano vs Red Elite de Electrodomésticos SA, Cristina Delgado Fernández de Heredia, Sergio Sabini Celio, Miguel Oliván Bascones, Electro Calbet SA
(Kawża C-313/07) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Trasferiment ta' impriża - Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati - Proċeduri ta' falliment - Suċċessjoni fir-rigward tal-kuntratt tal-kera)
(2008/C 313/13)
Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kirtruna SL, Elisa Vigano
Konvenuti: Red Elite de Electrodomésticos SA, Cristina Delgado Fernández de Heredia, Sergio Sabini Celio, Miguel Oliván Bascones, Electro Calbet SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16)
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23 KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ma jirrikjedix, fil-każ ta' trasferiment ta' impriża, iż-żamma tal-kuntratt tal-kera ta' fond kummerċjali konkluż minn min jagħmel it-trasferiment tal-impriża ma' terz minkejja li t-terminazzjoni tal-imsemmi kuntratt tista' twassal għat-terminazzjoni tal-kuntratti ta' impjieg ittrasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy