24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — Proċedura mibdija minn Lahti Energia Oy
(Kawża C-317/07) (1)
(Direttiva 2000/76/KE - Inċinerazzjoni ta' skart - Purifikazzjoni u gassifikazzjoni - Gass mhux raffinat minn skart - Kunċett ta' skart - Impjant ta' inċinerazzjoni - Impjant ta' koinċinerazzjoni)
(2009/C 19/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali mibdija minn
Lahti Energia Oy
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1), (4) u (5) tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta' Diċembru 2000, dwar l-inċenerazzjoni ta' skart (ĠU L 332, p. 92) — Purifikazzjoni u gassifikazzjoni, f'boiler, ta' gass mhux raffinat, f'ċentrali tal-gass, minn skart — Kunċett ta' skart — Kunċetti ta' impjant ta' inċenerazzjoni u ta' koinċenerazzjoni
Dispożittiv
1)
Il-kunċett ta' “skart” li jinsab fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart, ma jkoprix sustanzi fil-forma ta' gass.
2)
Il-kunċett ta' “impjant ta' inċinerazzjoni” previst fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/76 jikkonċerna kull apparat u tagħmir tekniku li fih isir trattament tas-sħana tal-iskart, bil-kundizzjoni li s-sustanzi li jirriżultaw mill-użu ta' dan il-proċess tas-sħana huma wara maħruqa, u li, f'dan ir-rigward, il-preżenza ta' linja ta' inċinerazzjoni mhijiex kriterju neċessarju għall-finijiet ta' tali klassifika.
3)
F'ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali:
—
fabbrika tal-gass għandha l-għan li tikseb prodotti fil-forma ta' gass, f'dan il-każ gass ippurifikat, billi tissottometti skart għal trattament tas-sħana, għandha tiġi kkunsidrata bħala “impjant ta' koinċinerazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/76;
—
ċentrali elettrika, li tuża, bħala kombustibbli addizzjonali, minnflok tuża prinċipalment kombustibbli fossili fl-attività tagħha ta' produzzjoni ta' enerġija, gass ippurifikat miksub mill-koinċinerazzjoni tal-iskart f'fabbrika tal-gass, ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy