16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Antartica Srl vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), The Nasdaq Stock Market Inc.
(Kawża C-320/07 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(5) - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Trade mark preċedenti ta’ fama NASDAQ - Sinjal figurattiv “nasdaq” - Użu tat-trade mark preċedenti għal prodotti u servizzi allegatament offruti b’xejn - Profitt indebitu min-natura distintiva jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Pubbliku rilevanti)
2009/C 113/12
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Antartica Srl (rappreżentanti: E. Racca u A. Fusillo, avvocati)
Partijiet l-oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent), The Nasdaq Stock Market Inc. (rappreżentanti: J. van Manen u J. Hofhuis, advocaten)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Mejju 2007, Antartica vs UASI (T-47/06), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala infondat rikors ippreżentat mill-applikant għat-trade mark figurattiva “nasdaq” għal prodotti fil-klassijiet 9, 12, 14, 25 u 28, kontra d-Deċiżjoni R752/2004-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Diċembru 2005, li annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mis-sid tat-trade marks verbali Komunitarji u nazzjonali “NASDAQ” għal prodotti fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38 u 42 — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Antartica Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy