24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 — Papierfabrik August Koehler AG, Bolloré SA, Distribuidora Vizcaína de Papeles SL vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawżi magħquda C-322/07 P, C-327/07 P u C-338/07 P) (1)
(“Appelli - Akkordji - Suq tal-karta saħħara - Nuqqas ta’ qbil bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni kkontestata - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Konsegwenzi - Żnaturament tal-provi - Parteċipazzjoni fil-ksur - Tul tal-ksur - Regolament Nru 17 - Artikolu 15(2) - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dewmien raġonevoli tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza”)
2009/C 256/04
Lingwi tal-kawża: Il-Ġermaniż, il-Franċiż u l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Papierfabrik August Koehler AG (rappreżentanti: I. Brinker u S. Hirsbrunner, Rechtsanwälte, J. Schwarze, Universitätsprofessor,) Bolloré SA, (rappreżentanti: C. Momège u P. Gassenbach, avocats), Distribuidora Vizcaína de Papeles SL (rappreżentanti: E. Pérez Medrano u M. T. Díaz Utrilla, abogados)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Mölls u F. Castillo de la Torre, aġenti, H.-J. Freund, Rechtsanwalt, N. Coutrelis, avocate)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ April 2007, Bolloré et vs Il-Kummissjoni (T-109/02, T-118/02, T-122/02, T-125/02, T-126/02, T-128/02, T-129/02, T-132/02 u T-136/02 — Akkordju dwar l-iffissar ta’ prezzijiet fis-settur tal-karta saħħara — Ksur tad-drittijiet tad-difiża f’dak li jikkonċerna l-provi tal-parteċipazzjoni tal-appellanti fil-ksur qabel Ottubru 1993 (provi żbaljati, insuffiċjenti u kontradittorji) — Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità f’dak li jirrigwarda l-iffissar tal-ammont tal-multa (peress illi l-appelanti hija impriża żgħira tal-familja li m’għandhiex aċċess għas-swieq kapitali)
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta’ April 2007, Bolloré et vs Il-Kummissjoni (T-109/02, T-118/02, T-122/02, T-125/02, T-126/02, T-128/02, T-129/02, T-132/02 u T-136/02), hija annullata inkwantu tikkonċerna lil Bolloré SA.
(2)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/337/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E 1/36.212 — Karta saħħara), hija annullata inkwantu tirrigwarda lil Bolloré SA.
(3)
L-appelli ppreżentati minn Papierfabrik August Koehler AG u Distribuidora Vizcaína de Papeles SL huma miċħuda.
(4)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll tal-appell fil-Kawża C-327/07 P.
(5)
Papierfabrik August Koehler AG u Distribuidora Vizcaína de Papeles SL huma kkundannati għall-ispejjeż tal-Kawżi C-322/07 P u C-338/07 P rispettivament.
(1) ĠU C 223, 22.09.2007.
Full & Egal Universal Law Academy