12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-328/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/48/KE - Infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)
(2008/C 92/15)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: W. Wils, aġent]
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu [rappreżentant: C. Schiltz, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, p. 45 u — corrigendum — ĠU L 195, p. 16)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu stabbilit, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy