24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — l-Awstrija) — Jobra Vermögensverwaltungs-Gesellschaft mbH vs Finanzamt Amstetten Melk Scheibbs
(Kawża C-330/07) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Libertà ta' stabbiliment - Leġiżlazzjoni fiskali - Investment premium - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-benefiċċju ta' vantaġġ fiskali għal assi użati f'post ta' negozju permanenti li jinsab fit-territorju nazzjonali - Esklużjoni ta' assi pprovduti b'titolu oneruż u użati primarjament fi Stati Membri oħra - Leasing ta' vetturi - Prevenzjoni ta' prattiki abbużivi)
(2009/C 19/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniz
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jobra Vermögensverwaltungs-Gesellschaft mbH
Konvenuta: Finanzamt Amstetten Melk Scheibbs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 KE u 49 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva vantaġġ fiskali għall-akkwist ta' assi tanġibbli li ma ġewx użati (Investitionszuwachsprämie) għan-negozjanti li jużaw dawn l-assi f'post ta' negozju li jinsab fit-territorju nazzjonali.
Dispożittiv
L-Artikolu 49 KE jipprekludi li leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha l-benefiċċju ta' investment premium jiġi rrifjutat lill-impriżi li jakkwistaw assi tanġibbli għas-sempliċi raġuni li l-assi li fir-rigward tagħhom jintalab dan il-premium u li huma pprovduti b'titolu oneruż, jintużaw primarjament fi Stati Membri oħra.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy