7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Freistaat Sachsen
(Kawża C-334/07 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Pjan ta' skema ta' għajnuna favur impriżi żgħar u medji - Kompatibbiltà mas-suq komuni - Kriterji tal-eżami tal-għajnuna mill-Istat - Applikazzjoni ratione temporis - Pjan innotifikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 - Deċiżjoni li tittieħed wara d-dħul fis-seħħ - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Notifika kompleta)
(2009/C 32/09)
Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: K. Gross)
Appellat: Freistaat Saschen (rappreżentant: Th. Lübbig, Rechtsanwalt)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tat-3 ta' Mejju 2007, Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni (T-357/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/226/KE, tal-24 ta' Settembru 2002, dwar l-iskema ta' għajnuna li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni li timplementa — “Programm favur impriżi żgħar u medji — Titjib tal-operazzjonijiet tal-impriżi tas-Sassonja” — Programmi sekondarji 1 (formazzjoni), 4 (parteċipazzjoni f'fieri u espożizzjonijiet), 5 (kooperazzjoni) u 7 (promozzjoni tal-istil) (ĠU L 91, p. 13) — Applikabbiltà tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001, tat-12 ta' Jannar 2001, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna tal-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju għal pjanijiet ta' għajnuna innotifikati lill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-3 ta' Mejju 2007, Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni (T-357/02), hija annullata.
2)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 223, 22.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy