21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-335/07) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Nuqqas li tordna trattament iktar rigoruż tan-nitroġenu fl-impjanti kollha ta’ trattament ta’ ilma urban mormi li joriġina minn agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10000”)
2009/C 282/04
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Koskinen, L. Parpala, M. Patakia u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A. Guimaraes-Purokoski u J. Heliskoski, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(2), (3) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, p. 40) — Nuqqas li tiżgura trattament iktar effettiv tal-ilma mormi kollu li jinġabar fl-agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10 000
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 235 06.10.2007
Full & Egal Universal Law Academy